Din kienet waħda mir-risposti f’dan l-artikolu, risposta fjakka u nġusta lejn il-ġenerazzjoni li jmiss. Uħud mit-tweġibiet tiegħi fil-konfront ta’ dawn il-kummenti:
1. “Much too young to vote, you are still a child and know nothing about life.”
Infakkar li persuna ta’ sittax-il sena tista tkun aktar matura minn persuna ta’ tletin sena. M’hemmx eta’ biex wieħed ikun daq it-tbatijiet tal-ħajja, u l-inġustizzji fil-familja u fil-pajjiż. Wieħed ma jistax jiġġeneralizza abbażi tal-età, iżda abbażi ta’ maturità u edukazzjoni. Nippreferi nafda vot lil tifel ta’ sittax-il sena, edukat u matur, milli ‘patrijott’ Malti ta’ ħamsa u tletin sena li jagħmel x’jagħmel il-partit jtih il-vot.
2. “L-iktar ċuċata li qatt saret politikament vot ta’ sittax.”
Nerġa’ nsosstni, wieħed kapaċi jagħraf it-tajjeb mill-ħażin mhux bilfors abbażi tal-eta’. Nistiednek tagħmel konverżazzjoni ma’ żewgt min-nies, 16 u xi ħadd ikbar, u toħodiex bi kbira li tagħmel konklużjoni differenti.
3. “Age 16, you should be getting lessons on how to eject on time, and a good supply of condoms.”
Jekk il-prijorità taż-żgħażagħ għandha tkun din flok li jivvutaw għall-futur tagħhom, mela mhux ġuf biss ħa nkunu qed nipprevjenu, iżda l-mentalita kritika ta’ pajjiżna.
—
Il-politika għandha tiġi diskussa b’mod oġġettiv u storiku fl-edukazzjoni tagħna; l-ewwel nett biex nevitaw kummenti futuri bħal-dawn, u biex iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jiffurmaw opinjoni indipendenti u kritika ta’ x’joffri partit minn ieħor, minkejja d-diffikulta’ biex jagħmlu dan bħalissa. Huwa disprezz li f’soċjeta’ kożmopolitana u kontemporanja li qed ngħixu fiha tinnega opportunità responsabbli bħal din.
Aħjar niffukaw fuq il-‘kif’ ħa noffru opportunitajiet edukattivi biex il-ġenerazzjonijiet li jmiss ikollhom ħsieb wiesgħa sabiex jieħdu deċiżjonijiet għaqlin bħal din, milli ninjoraw li għada pit għada l-istess nies li għadhom “f’żaqq ommhom” ħa jkunu l-istess nies li ħa jiggvernawk.