Għaliex il-Latvjan ingħata l-impjieg u mhux it-tliet Maltin l-oħra, huwa mitlub ċar li jkun meħtieġ għarfien tajjeb tal-Malti.
Meta parti interessata titlob li l-laqgħa ssir bil-Malti, il-Kummissjoni tal-UE se tipprovdi fondi biex toħloq it-tieni impjieg u timpjega interpretu mill-Ingliż jew mil-Latvjan għall-Malti?
Jekk dan hu hekk, Għandna wkoll numru kbir ta’ interpreti kwalifikati.
Kull ċittadin tal-UE għandu d-dritt li jikkomunika mal-istituzzjonijiet tal-UE fil-lingwa tal-għażla tiegħu jew tagħha, u li jirċievi tweġibiet f’dik il-lingwa wkoll. Servizzi ta’ traduzzjoni u interpretazzjoni huma wkoll disponibbli.
Fi kliem sempliċi, iċ-ċittadini Maltin għandhom jieqfu jissagrifikaw id-drittijiet u l-kumdità tagħhom biex jissodisfaw lil ħaddieħor. Il-maġġoranza tal-Maltin huma aktar komdi jitkellmu bil-Malti, u m’għandhomx ikunu awtomatikament żvantaġġati f’kull konverżazzjoni sempliċement għax qed jiġi miksur id-dritt tagħhom li jitkellmu l-lingwa li jippreferu. Mhijiex kwistjoni ta’, jistgħu jikkomunikaw bl-Ingliż jew le.
It-tliet applikanti Maltin kienu kollha kwalifikati ħafna u tajbin għall dak ix-xogħol. Għaliex il-ħin kollu nissottovalutaw lil pajjiżna u l-kapaċità u l-kwalifiki lokali tagħna?
L-ebda Malti ma għandu l-istess kwalifiki li għandu il-latvjan?
Allura kif ghandna Maltin jaħdmu barra bi kwalifiki u esperjenza? Għandna firxa wiesgħa ta ‘professjonisti lokali li jaħdmu barra minn Malta f’varjetà ta’ oqsma.