Qeghda nikteb hawnhekk biex naqsam maghkhom il-frustrazzjoni li qed inhoss bhalissa. Ma ghadnix dubju li hawn hafna studenti li bhali se (suppost) jiggradwaw fix-xhur li gejjin. Dan wara sentejn li lestejt il-kors tieghi u dahhalt it-tezi. Habba l-covid, il-korrezzjoni hadet iktar hin mis-soltu u l-gradwazzjoni giet posposta izjed minn darba.
Wara din l-istennija kollha nircievi email li biex nattendi kemm il-quddies u kemm ic-cerimonja tal-gradwazzjoni, irid ikolli certifikat tal-vaccin validu!
Jien, bhal hafna, ma nixtieqx niehu l-booster habba diversi ragunijiet. Wahda minnhom hija li ftit ilu kont pozittiva ghal covid u nirringrazzja lil Alla ma kellix sintomi gravi. Allura, nemmen li l-immunita tieghi kontra l-Covid hija b’sahhitha hafna. Raguni ohra hi li ma nistax nifhem x’inhijha il-bazi xjentifika wara l-validita tal-vaccin. Ghaliex Malta wara biss 3 xhur it-tieni doza tiskadi? Ghaliex l-Italja 6? u pajjizi ohra 9? Din l-inkostintenza turi li kullhadd qieghed jispara in-numri u ta hekk ma nhossnix komda nohodha.
Biex nkun konciza, nixtieq nsaqsi x’inhi l-oponjoni taghkhom dwar dan? Tahsbu li hija fer li jien ma nistax nattendi ic-cerimonja tal-gradwazzjoni tieghi dan kollu ghax ma hadtx il-booster? Ghaliex qed niccahhad milli niccelebra dak li tant ili nahdem ghalih? Hawn min gralu bhali?
Naprezza l-opinjonijiet taghkhom u grazzi bil-quddiem!