F’dawn l-ahhar granet, Malta hadet pozizzjoni kategorika favur l-Ukrajna u kontra r-Russja. Inghalqet l-airspace tal-pajjiz ghal-linji tal-ajru Russi, u gew sospizi ghal applikanti mir-Russja u mill-Belarus il-programmi ta’ cittadinanza u residenza. Kollox jindika li dan huwa biss il-bidu, bil-Kap tal-Oppozizzjoni ukoll jaqbel u jheggeg li ghandna nkunu proattivi f’dan il-kunflitt esteru.
Li forsi nesew il-PL u l-PN hu li skont Artikolu 1(3) tal-Kostituzzjoni Maltija, Malta hija stat newtrali, li jhaddan politika ta’ non-allineament u li jirrifjuta li jippartecipa f’kull alleanza militari. B’hekk, meta z-zewg partiti allineaw ruhhom mal-Ukrajna, irnexxielhom jinkludu fil-kampanja elettorali taghhom ksur sfaccat ta’ obbligu Kostituzzjonali. Affarijiet li ma jitwemmnux.
L-iktar haga sorprendenti madanakollu tibqa’ l-kompjacenza tal-poplu f’dan kollu. Meta f’Gunju tal-1988 il-Gvern Malti ghamel stedina lill-Forzi Navali Rjali, cittadini Maltin sahansitra fethu 3 kawzi quddiem il-Qrati sabiex tigi ssalvagwardjata n-newtralità Maltija u dawn il-vapuri jitwaqqfu milli jidhlu Malta.
X’gara ghallura fi 34 sena biex din ir-rieda ghan-newtralità fost il-poplu inqerdet? Kemm hu ghaqli li naghmlu lil Putin ghadu taghna, specjalment meta l-oghla ligi tal-pajjiz tghidilna mod iehor? U fuq kollox, ghad jasal zmien fejn jiddispjecina?